PARISH
MAGĦMUDIJA
Il-Magħmudija hija mument importanti ħafna fil-ħajja tal-bniedem u fil-ħajja tal-familja tiegħu. Fil-Magħmudija t-tarbija ssir iben jew bint Alla. Ngħammdu t-trabi tagħna għax nixtiequ li minn meta għadhom żgħar ikollhom b’sehem il-wirt li Alla għandu għal uliedu; ngħammduhom żgħar biex sa minn ċkejknin jitilgħu f’ambjent nisrani. Għalhekk, mal-għażla tal-Magħmudija ta’ l-ulied hi meħtieġa rieda sinċiera ta’ trobbija tassew nisranija.

GRIŻMA
TAL-ISQOF
L-effett essenzjali tas-sagrament tal-Griżma tal-Isqof huwa l-perfezzjonament tad-don tal-Ispirtu Santu irċevut fil-Magħmudija, b’mod li jirrendi lil min jirċevih kapaċi jixhed għal Kristu bil-kelma u bil-ħajja. Il-Magħmudija topera l-purifikazzjoni, il-ħelsien mid-dnub, u tagħti ħajja ġdida. Il-Griżma tal-Isqof timponi l-aċċent fuq l-aspett pożittiv tal-qdusija, u fuq il-qawwa li tiġi mogħtija mill-Ispirtu Santu lin-nisrani f’termini ta’ ħajja nisranija b’mod awtentiku u ta’ xhieda effikaċi.