PARISH
GRUPPI TAL-PARROĊĊA
KOR TAL-PARROĊĊA
MARIJA ASSUNTA
Il-Kor Marija Assunta huwa l-kor tal-Parroċċa u li jieħu sehem u janima l-funzjonijiet liturġiċi ta' matul is-sena. Huwa magħmul minn irġiel u nisa adulti. Jiltaqa' darba fil-ġimgħa fiċ-ċentru parrokkjali. Tmexxi l-kor Ms. MaryGrace Grech.
CHILDREN'S
CHOIR
The Children's Choir is dedicated to bring together boys and girls to experience the joy of singing and to gain a life-long love for music, as well as to support each other & grow together as one big family, in a healthy environment that will be treasured forever.
ABBATINI
Il-grupp tal-abbatini tal-parroċċa huwa magħmul minn tfal subien li bis-sehem tagħhom isebbħu l-liturġija u jgħinu fil-parteċipazzjoni tal-komunità fil-quddiesa. Barra l-parteċipazzjoni fil-liturġija, l-abbatini jkollhom formazzjoni apposta għalihom ta’ kull nhar ta’ Sibt (Xitwa).
LETTURI U
ANIMATURI
Fuq sistema ta’ Roster, jieħdu ħsieb il-Proklamazzjoni tal-Kelma waqt il-Quddies.
MINISTRI STRAODINARJI
TAT-TQARBIN
Jgħinu fit-Tqarbin fil-Quddies kif ukoll fit-Tqarbin tal-Morda fid-djar.
FRATELLI
Jieħdu sehem fil-purċissjonijiet li jsiru matul is-sena
GRUPP ARRANĠAMENT
TAL-FJURI
Jagħmlu arranġamenti tal-fjuri fil-knisja matul is-sena kollha speċjalment għall-funzjonijiet liturġiċi.
YOUTHREACH
YouthReach is a youth community within the parish of Attard. We organize weekly meetings, every Tuesday at 18:15, for youths with ages 13 to 18, and Thursday at 20:30 for youths over 18.
MUSEUM
SUBIEN
Il-Museum jilqa' tfal, adolexxenti u ġuvintur biex nagħmlu lil Sidna Ġesù magħruf u maħbub. Għalhekk, permezz tal-laqgħat, logħob, ħarġiet, attivitajiet u l-bqija niffurmawhom biex isiru bħal Sidna Ġesù Kristu u jwassluh ukoll fid-dinja.
MUSEUM
BNIET
Il-Museum jilqa' tfal, adolexxenti u tfajliet biex nagħmlu lil Sidna Ġesù magħruf u maħbub. Għalhekk, permezz tal-laqgħat, logħob, ħarġiet, attivitajiet u l-bqija niffurmawhom biex isiru bħal Sidna Ġesù Kristu u jwassluh ukoll fid-dinja.
KOMMUNITAJIET
IŻ-ŻGĦAR
Il-Komunitajiet Żgħar nibtu minn inizjativa tal-Arċisqof Cremona fiż-żjara tiegħu f’H’Attard f’Jannar 2010. L-Iskop tal- Komunitajiet Żgħar hu li ‘ninbnew flimkien’. Matul is-sena l-Komunita Żgħira ta’ kull zona tiltaqa’ seba' darbiet biex titlob flimkien, tifforma ruħha spiritwalment u biex il-membri isiru jafu lill-xulxin.
LEĠJUN TA' MARIJA
NISA
L-għan ewlieni tal-Leġjun huwa l-glorja ta’ Alla permezz tat-tqaddis tal-membri bit-talb u l-ħidma flimkien, taħt it-tmexxija tal-Knisja għar-rebħa sħiħa kontra s-setgħat tal-ħażen. Il-membri tal-Leġjun jieħdu l-ispirazzjoni tagħhom mill-Verġni Marija
LEĠJUN TA' MARIJA
IRĠIEL
L-għan ewlieni tal-Leġjun huwa l-glorja ta’ Alla permezz tat-tqaddis tal-membri bit-talb u l-ħidma flimkien, taħt it-tmexxija tal-Knisja għar-rebħa sħiħa kontra s-setgħat tal-ħażen. Il-membri tal-Leġjun jieħdu l-ispirazzjoni tagħhom mill-Verġni Marija
GRUPP KARIŻMATIKU
L-għan tat-Tiġdid Kariżmatiku hu tiġdid personali permezz ta’
għarfien ta’ Ġesù Kristu bħala Sid assolut tal-ħajja.
GRUPP BETANJA
Il-Grupp Betanja li twaqqaf madwar 20 sena ilu, jiltaqa' kull nhar ta' Ġimgħa fid-9.30am fl-eks chapel. Waqt il-laqgħa ssir riflessjoni fuq il-qari tal-quddiesa tal-Ħadd. Wara diskussjoni qasira, it-laqgħa tagħlaq b'talb spontamju minn dawk preżenti. Il-laqgħa ddum siegħa.
GRUPP TA' TALB
GĦALL-VOKAZZJONIJIET
Dan il-Grupp ġie mwaqqaf fl-2015. L-għan tal-Grupp hu li nitolbu għall-vokazzjonijiet ġodda fil-Knisja, kemm saċerdotali u reliġjużi, u kif ukoll għal-vokazzjonijiet lajkali u għall-familji nsara. Inkomlu
insostnu, bil-ħajja u bit-talb tagħna, lil dawk li qegħdin igħixu l-vokazzjoni tagħhom. Grupp li jiltaqa kull l-ewwel Tlieta tax-xahar ġewwa ċ-Ċentru Parrokkjali fejn isir talb għal Vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi.
TĦEJJIJA
GĦAŻ-ŻWIEĠ
NISRANI
Grupp li jorganizza l-korsijiet ta' preparazzjoni għall-żwieġ nisrani. Isiru diversi korsijiet fil-ġimgħa ġewwa c-Centru Parrokkjali.
SANT' ANNA 60+
Il-grupp Sant'Anna 60+ huwa grupp tal-anzjani tal-parroċċa. Il-grupp jorganizza attivitijiet, bħal ħarġiet, taħdidiet interessanti fuq suġġetti varji, imbagħad waqt li jieklu xi ħaġa jkollhom ċans ukoll jgħidu xi kelma bejniethom u ħin soċjali flimkien.
MOTHERS' PRAYERS
Grupp ta' ommijiet li jiltaqgħu biex jitolbu flimkien.
GRUPP ROMOL
Laqgħat ta' formazzjoni għar-romol, immexxi minn Fr Alfred Vella. Dawn il-laqgħat ta' darba f'xahar isiru fic-Ċentru Parrokkjali.
ATTARD LADIES
CULTURAL CLUB
L-Attard Ladies Cultural Club ilu mwaqqaf mill-1975. L-għan ewlieni tal-klabb huwa li n-nisa li jaħdmu biss ġewwa djarhom, ikollhom l-opportunita’ jkabbru l-kultura tagħhom billi jitgħallmu f’ambjent soċjali u fl-istess ħin iħossuhom parti mill-familja tal-parroċċa.
GRUPP MARTHA
Jieħdu ħsieb it-tindif tal-Knisja u l-Kappella