top of page
PARISH
L-Ewwel Tqarbina
L-Ewwel Tqarbina ssir fis-sena li t-tfal jagħlqu 7 snin.
L-ewwel preparazzjoni għal dan is-sagrament għandha ssir fil-familja, bl-eżempju ta’ ħajja nisranija li l-ġenituri jagħtu lil uliedhom.
Il-Parroċċa, flimkien mal-oqsma tal-Museum, toffri wkoll preparazzjoni meħtiega għall-Ewwel Tqarbina u għall-Ewwel Qrara, li jsiru viċin xulxin.
Fl-aħħar tas-sena skolastika (Year 1) il-ġenituri għandhom jirreġistraw lil uliedhom permezz ta' din il-formola online u il-pdf form li tinsab fl-aħħar parti tal-istess online form, u li trid tiġi ffirmata fl-Uffiċċju Parrokkjali.
Aktar tard jingħataw dettalji tal-ġranet u l-ħin tal-lezzjonijiet tal-Katekiżmu.
bottom of page