Avviżi
3 - 10 ta' Jannar 2021
-
Nhar il-Ħamis, l-Ewwel Ħamis tax-xahar, se nagħmlu Adorazzjoni wara
l-quddiesa tas-6.00pm fit-tinda ta’ Santa Katarina. -
Ġabra Strina
F’dan l-ewwel Ħadd tas-sena nitolbukom biex nagħmlu Ġabra Strina b’risq
il-parroċċa tagħna. Il-knisja tagħna issa hija mżejna bil-Via Sagra, li issa hija
restawrata kollha. Bdejna wkoll restawr fuq il-ġenb tal-knisja, biex inħarsu
l-knisja minn barra. Kif tifhmu, dan ir-restawr jitlob ħafna spejjes.
Għalhekk nappellaw għall-għajnnuna tagħkom, li tmur ukoll għall-ħidma
pastorali tal-parroċċa tagħna. Grazzi ħafna tal-ġenerożità tagħkom. -
Nirringrazzjaw lil dawk kollha li taw sehemhom fiċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi
li kellna fil-ġranet tal-Milied u fl-Aħħar u fl-Ewwel tas-sena. Grazzi lil dawk
kollha li pparteċipaw, biex flimkien għamilna dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ħajjin
u sbieħ. -
Grazzi wkoll tal-ġenerożità li wrejna mad-Dar tal-Providenza, fejn il-ġabra
li għamilna mill-parroċċa tagħna kienet ta’ €6130. -
Nitolbu għal Joyce Abela, Lawrence Caruana u Sr Gaetana Caruana,
li l-funeral tagħhom sar matul dil-ġimgħa. Agħtihom, O Mulej, il-mistrieħ
ta’ dejjem….
