top of page
PARISH
Ngħammdu lit-tarbija tagħna
Wara li t-tarbija tkun ġiet reġistrata fir-Reġistru Pubbliku (l-Insinwa), dawk il-ġenituri li jixtiequ jgħammdu t-tarbija tagħhom, jikkuntattjawna l-Uffiċċju Parrokkjali, biex nifthemu dwar id-data tal-Magħmudija.
Timtela l-formola “Talba ghall-Maghmudija”.
Għandha tintbgħat ukoll kopja jew scan taċ-Ċertifikat tat-Twelid (bid-dettali kollha – A3). Dan huwa essenzjali biex meta nirreġistraw il-Magħmudija tat-tarbija, id-dettalji jkunu l-istess.
Permessi
Jekk il-ġenituri tat-tarbija jkunu joqogħdu f’Parroċċa oħra u jixtiequ jgħammdu Ħ'Attard iridu jġibu l-permess bil-miktub tal-Kappillan tal-parroċċa fejn joqogħdu. Dan għaliex, il-prattika tal-knisja hi, li l-Magħmudija ssir fil-parroċċa fejn joqogħdu l-ġenituri però ebda kappillan ma jsib diffikultà li jagħti l-permess meħtieġ.
Jekk il-ġenituri tat-tarbija jkunu joqogħdu Ħ'Attard u jixtiequ jgħammdu t-tarbija tagħhom f’xi parrroċċa oħra, għandhom l-ewwel jinfurmaw lill-Kappillan tal-parroċċa fejn jixtiequ jgħammdu, imbagħad jikkuntattjawna fl-Uffiċċju Parrokkjali tagħna biex jiksbu l-permess ħalli jgħammdu barra mill-parroċċa. Dan il-permess jista’ jintbagħtilkom via email.
Preparazzjoni
Il-Knisja titlob li ssir tħejjija tal-ġenituri sabiex dawn jifhmu aħjar id-doveri li għandhom biex jrabbu lit-tarbija fil-fidi nisranija. Meta nifthemu fuq il-Magħmudija, isir ftehim mall-Kappillan dwar il-laqgħa ta’ preparazzjoni għal dan is-Sagrament.
Il-Parrini
Il-parrini jridu jkunu raġel u mara, iżda jista’ jkun hemm parrinu biss jew parrina biss. Il-parrini jridu jkunu għalqu s-sittax-il sena, membri tal-Knisja Kattolika u jaċċettaw it-twemmin kollu kattoliku, ma jittraskurawx it-tagħlim nisrani u jirċievu spiss is-Sagramenti tal-Qrar u t-Tqarbin, jafu li d-dmir tagħhom huwa li jgħinu lill-ġenituri biex irabbu lil uliedhom skond il-fidi tal-Knisja u jgħinu lil min jirċievi l-Magħmudija jikber fil-fidi, iħares il-Kmandamenti u jħobb il-proxxmu kif għallimna Ġesù.
bottom of page