Merħba fil-Parroċċa ta' Ħ'Attard
Messaġġ tal-Kappillan għax-xahar ta' Jannar 2021
Nemmen
Nemmen f’min hu kapaċi, f’min jaf x’qed igħid, f’min hu kompeteni f’xogħolu u għalhekk jista’ jagħtini parir tajjeb.
Nemmen f’min jixtieqli l-ġid, f’min iħobbni, f’min naf li, meta jagħtini parir, ma għandux xi interess ieħor ħlief dak tiegħi.
Nemmen bħal dik it-tarbija li temmen li fit-tgħannieqa ta’ min iħobbha taf li ma jonqosha xejn, tista’ sserraħ rasha għax qegħda fiż-żgur.
Din hija l-fidi li mexxiet il-poplu tagħna, li poġġa l-fiduċja tiegħu f’Alla skont il-messaġġ li wasslilna San Pawl meta ġie fostna, li nfakkru dan ix-xahar.
Għalhekk tajjeb li nsaqqsi ftit lili nnifsi fuq il-fidi tiegħi f’Alla. Għax jekk hemm xiħadd kapaċi, jekk hemm xiħadd li veru jixtieq il-ġid tiegħi, dan huwa Alla l-Imbierek. U għalhekk jaqbilli li nemmen fih, li ngħix ħajti fuq il-gwida tiegħu.
Dan ix-xahar ukoll nibdew iż-żmien tar-Randan. Hu propju żmien fejn nirrifletti fuq it-tgħannieqa ta’ Alla li trid isserraħli rasi, u nara fejn jien biex nilqa’ din l-imħabba, biex inwarrab dak li qed jostakolani u nikber fir-relazzjoni tiegħi ma’ Dak li ta’ min nemmen fih.
Ħinijiet tal-Quddies
Il-Knisja Parrokkjali
(Parish Church)
Santa Katerina
(St. Catherine's)
Matul il-ġimgħa: 7.30am, 9am, 6.30pm
Is-Sibt: 7.30am, 9am, 5.15pm, 6.30pm
Il-Ħadd: 7am, 8am, 9.30am, 11am
Weekdays: 7.30am, 9am, 6.30pm
Saturday: 7.30am, 9am, 5.15pm, 6.30pm
Sunday: 7am, 8am, 9.30am, 11am
Matul il-ġimgħa: 6.45am, 7.00pm
Is-Sibt: 6.45am, 7.00pm
Il-Ħadd: 6.30am, 10.00am, 7.00pm
Weekdays: 6.45am, 7.00pm
Saturday: 6.45am, 7.00pm
Sunday: 6.30am, 10.00am, 7.00pm
“Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom.”
Mattew 11 : 28